October 2025
Id-Direttorat tagħna fost il-benefiċċjarji tal-programm Erasmus+
Id-Direttorat tagħna ġie magħżul uffiċjalment bħala wieħed mill-benefiċċjarji tal-Erasmus+. Fil-ġimgħat li ġejjin, numru ta’ Uffiċjali Pubbliċi fi ħdan id-Direttorat tagħna se jkunu qegħdin iżuru diversi pajjiżi madwar l-Ewropa sabiex jirċievu taħriġ speċjalizzat. Dan huwa mod ieħor kif nistgħu nkomplu nsaħħu l-iżvilupp professjonali tagħna, bil-għan li nkomplu nassiguraw aktar ħidma ta’ kwalità.